Open menu
14 Mar 2023

EYE2023: Ideat għal Ewropa aħjar

Image
EYE2021

L-EYE2023 qiegħda toqrob ġmielha - se ssir fid-9 u fl-10 ta' Ġunju! - u ninsabu ħerqanin li nilqgħu lil eluf ta' żgħażagħ minn madwar l-Unjoni Ewropea u lil hinn fil-Parlament Ewropew fi Strażburgu u online, biex jaqsmu u jiffurmaw l-ideat tagħhom dwar il-futur tal-Ewropa. 

Qabel l-avveniment, nixtiequ niżviluppaw mijiet ta' ideat li jaqsmu żgħażagħ bħalek fuq youthideas.eu. Il-pjattaforma tnediet għall-ewwel darba fl-2018 biex issemma' l-ilħna taż-żgħażagħ fuq suġġetti importanti. Dan l-aħħar iddisinjajnieha mill-ġdid, u issa tista' kemm taqsam ideat ġodda, kif ukoll tiżviluppa oħrajn eżistenti billi tixħet dawl fuq l-organizzazzjonijiet, il-proġetti u l-persuni lokali li qed jaħdmu fuqhom. 

 

Kif tista' tikkontribwixxi? 

Fuq youthideas.eu, għandek l-opportunità li: 

  • tirreaġixxi għall-ideat u tivvota għall-favoriti tiegħek; 

  • tikkummenta dwar ideat u inizjattivi li jaqsmu persuni oħra u tiżviluppahom; 

  • taqsam eżempji ta' proġetti u prattiki tajbin li diġà qed jaħdmu fuq ideat eżistenti; 

  • issib aktar informazzjoni u riżorsi relatati mas-suġġetti fir-Rapport dwar l-Ideat taż-Żgħażagħ; 

  • u tissottometti ideat ġodda! 

 

Beħsiebek tattendi l-EYE2023? 

Matul l-EYE, il-fokus fl-Ideas Hub se jkun fuq l-ideat sottomessi fuq youthideas.eu. L-Ideas Hub huwa spazju apposta qrib l-Emiċiklu, fejn se jkollok l-opportunità li tinvolvi ruħek b'diversi modi: 

  • fl-Ideas Development Corner, tista' tiżviluppa u taħdem fuq l-ideat tiegħek, titkellem mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ssir taf dwar opportunitajiet eżistenti; 

  • fin-Networking and Chill-out Area, tista' tagħmel networking u tiddiskuti l-ideat tiegħek ma' ħaddieħor f'atmosfera rilassata; 

  • fl-Expert Corner, se jkollok l-opportunità tiddiskuti l-ideat tiegħek ma' esperti sabiex tirfinahom u titgħallem dwar il-leġiżlazzjoni u l-kompetenzi rilevanti tal-UE;  

  • fid-Digital Corner, se jkollok iċ-ċans tissottometti l-ideat u l-kummenti tiegħek fuq youthideas.eu;  

  • finalment, se jkollna wkoll il-Photo Area għal ritratt ta' tifkira!

 

Ma tistax tattendi l-EYE2023 fiżikament? Tinkwetax - xorta tista' ssemma' leħnek! Matul l-EYE2023, il-parteċipanti li jkunu fuq il-post u dawk online t-tnejn se jkunu mistiedna jikkontribwixxu għall-pjattaforma youthideas.eu permezz tal-app EYE u l-verżjoni tal-paġna adattata għall-mowbajls

L-aktar ideat popolari diskussi matul l-EYE2023 se jiġu ppubblikati fir-Rapport dwar l-Ideat taż-Żgħażagħ miktub minn edituri żgħażagħ.  

 

Tixtieq tieħu idea għall-istadju li jmiss?  

Wara l-EYE, tim ta' voluntiera msejjaħ l-EYEdea boosters se jippreżenta l-aktar ideat popolari lill-Membri tal-Parlament Ewropew u lil persuni rilevanti oħra li jieħdu d-deċiżjonijiet matul l-EYE Hearing fi Brussell fil-ħarifa tal-2023. 

  

Xi jsir wara l-EYE Hearing? 

Wara l-EYE Hearing mhux se nieqfu nfittxu l-ideat dwar il-futur tal-Ewropa. Issieħeb f'together.eu sabiex tiltaqa' u tikkomunika ma' nies li għandhom l-istess entużjażmu għall-Ewropa u biex tieħu azzjoni fuq il-kwistjonijiet u l-ideat li jinteressawk!